European Economic
and Social Committee
DIKJARAZZJONI TA’ AĊĊESSIBBILTÀ
Il-KESE jimpenja ruħu li jagħmel is-sit web tiegħu aċċessibbli skont id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Din id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà tapplika għas-sit https://www.eesc.europa.eu/mt/.
L-identità ta’ min qed jagħmel id-dikjarazzjoni
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Rue Belliard, 99
B-1040 BRUSSELL
Il-Belġju
Kuntatt : webeesc
Status ta’ konformità:
Dan is-sit web huwa konformi mal-istandards WCAG 2.0 u WCAG 2.1.
Ir-riżultati tal-ittestjar
Sar awditu tas-sit minn kumpanija esterna għall-kriterji tal-istandards WCAG 2.0 u WCAG 2.1.
WCAG 2.0
L-awditu tas-sit juri konformità ġenerali ta’ 100 % mal-kriterji fil-livelli applikabbli A singola u A doppja (AA) tal-istandard WCAG 2.0, kif ġej:
- konformità ta’ 100 % għall-kriterji fil-livell A
- konformità ta’ 100 % għall-kriterji fil-livell AA
WCAG 2.1
L-awditu tas-sit juri konformità ġenerali ta’ 100 % mal-kriterji fil-livelli applikabbli A singola u A doppja (AA) tal-istandard WCAG 2.1, kif ġej:
- konformità ta’ 100 % għall-kriterji fil-livell A
- konformità ta’ 100 % għall-kriterji fil-livell AA
Kontenut mhux aċċessibbli
Kontenut ta’ partijiet terzi
- Web feed fuq Twitter: fuq ċerti paġni (eżempju fuq il-paġna “ President tal-KESE”) il-KESE jippreżenta l-web feed tiegħu fuq Twitter. Il-kodiċi muri u l-format tiegħu ma jistgħux jiġu modifikati mill-KESE. Kontenut bħal dan għandu deroga fir-rigward ta' partijiet terzi.
- Il-filmati huma integrati mas-softwer tal-Youtube, li jista’ jkollu ċerti difetti.
Il-kontenut tas-sit
Il-kontenut ta’ hawn taħt huwa kontenut editjat mill-KESE u mhux konformi għalkollox mar-regoli dwar l-aċċessibbiltà.
Kontenut tal-multimedja
Is-sit elettroniku tal-KESE joffri ħafna filmati. Dawn il-filmati spiss jiġu ppubblikati għal skopijiet illustrattivi flimkien ma’ artikoli. Peress li mhumiex il-kontenut prinċipali tas-sit, u minħabba l-għadd kbir tagħhom, tqies li jkun ta’ piż sproporzjonat biex tingħata l-aċċessibbiltà għalihom.
Għal xi filmati m’hemmx sottotitoli, jew inkella s-sottotitoli huma integrati u ma jistgħux jiġu diżattivati, jew saħansitra s-sottotitoli mhumiex bil-lingwa tal-filmat.
Madankollu, il-filmati kollha li kienu soġġetti għall-awditu li ppermetta din id-dikjarazzjoni għandhom traskrizzjoni tat-test, u l-KESE qed jaħdem biex għall-filmati kollha ppubblikati li fihom informazzjoni jipprovdi, bħala minimu, traskrizzjoni tat-test f’forma strutturata.
Dokumenti relatati mal-awtomatizzazzjoni tal-uffiċċju
Il-KESE regolarment jipproduċi għadd kbir ta’ dokumenti relatati mal-awtomatizzazzjoni tal-uffiċċju. Id-dokumenti kollha ppubblikati bħalissa juru nuqqas ta’ konformità (għalkemm dawn in-nuqqasijiet ta’ konformità ma jimpedixxux li tiġi konsultata l-informazzjoni).
Dawn huma d-dokumenti disponibbli taħt l-intestatura “Il-ħidma tagħna” (“Opinjonijiet”, “Rapporti ta’ informazzjoni”, eċċ.), iżda wkoll taħt intestaturi oħrajn (eż. aħbarijiet).
Minħabba l-għadd kbir ta’ dokumenti li diġà ġew ippubblikati, tqies li jkun piż sproporzjonat biex tingħata aċċessibbiltà għalihom kollha. Madankollu, il-KESE qed jaħdem biex jistabbilixxi mudell aċċessibbli biex il-pubblikazzjonijiet li jmiss isiru konformi.
Uħud mill-PDFs (ippubblikati b’mod partikolari fil-paġna “Dwarna”) mhumiex aċċessibbli. Dawn huma pubblikazzjonijiet li tqiesu bħala arkivjati fil-ħin tal-awditjar. Bħala tali, dawn ingħataw deroga.
Id-dritt għal kumpens
L-utent li jiltaqa’ ma’ ostaklu biex jikkonsulta xi wieħed minn dawn id-dokumenti jew filmati qed jiġi mistieden jikkuntattja lill-punt ta’ kuntatt tal-KESE biex dan jipprovdi verżjoni aċċessibbli tad-dokument mitlub mill-aktar fis possibbli.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà
Din id-dikjarazzjoni tħejjiet fis-27 ta’ Settembru 2019.
Kumpanija esterna wettqet awditu ta’ 30 paġna dwar is-sit web għall-kriterji A u AA kollha tal-istandard WCAG 2.0.
Paġni tas-sit li dwarhom twettqet verifika tal-konformità
L-awditu kien ikopri kampjun ta’ 30 paġna rappreżentattiva tas-sit. Il-verżjoni Ingliża tal-paġni biss kienet awditjata, għalkemm saret korrezzjoni tal-iżbalji fuq il-verżjonijiet l-oħrajn tas-sit u fuq ħafna paġni tas-sit, mhux inklużi f’dan il-kampjun.
- Paġna ewlenija
- Menù tan-navigazzjoni
- Dwarna
- President tal-KESE
- Organigramma
- Opinjonijiet (bil-filters)
- Opinjoni
- Publikazzjonijiet (inkluża Tfittxija avvanzata)
- Politiki
- Riżultat tat-tiftixa
- L-avvenimenti kollha
- Programm - Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej 2018
- Stqarrijiet għall-istampa
- KESEinfo Lulju 2018
- Il-KESE fil-midja soċjali
- Librerija tal-midja
- Ġabra ta’ ritratti
- Filmat ta’ Jum is-Soċjetà Ċivili 2018
- Ikkuntattja l-Uffiċċju Stampa
- Preżentazzjoni - Grupp tal-Ħaddiema
- Organizzazzjoni - Grupp tal-Ħaddiema
- Lista tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba
- Kif tasal għand il-KESE?
- Mappa tas-sit
- Impjiegi
- CESlink
- Kelliema
- Il-proċedura pass b’pass
- It-tim tal-President tal-KESE - tim
- Filmat tal-president, sottotitoli integrati fl-immaġni tal-filmat
Informazzjoni teknika dwar it-twettiq tas-sit u dwar it-testijiet tal-verifika tal-aċċessibbiltà
Teknoloġiji li ntużaw għat-twettiq tas-sit
- HTML5
- CSS
- JavaScript
Aġenti għall-utenti u teknoloġiji ta’ assistenza li ntużaw għall-verifika tal-aċċessibbiltà tal-kontenut
It-testijiet ta’ restituzzjoni għall-komponenti rikki twettqu fuq il-kombinazzjonijiet li ġejjin:
- Firefox 69.1 / NVDA 2019
- Internet Explorer 11 u JAWS 2018,
Rispons u informazzjoni ta’ kuntatt
Sabiex inkunu nistgħu ntejbu l-aċċessibbiltà tal-kontenut, tista' tuża l-indirizz hawn taħt sabiex tavżana dwar xi problemi li tista' tiltaqa' magħhom jew biex titlob aċċess għal kwalunkwe informazzjoni jew dokument li ma jkunx aċċessibbli. Aħna nikkuntattjawk mill-aktar fis possibbli.
Proċedura li tippermetti li d-dispożizzjonijiet jiġu rispettati
Jekk tinnota nuqqas ta’ aċċessibbiltà li ma jħallikx taċċessa kontenut jew funzjonalità tas-sit, u tinfurmana bih u ma tirċevix tweġiba sodisfaċenti dwaru fi żmien raġonevoli mingħandna, għandek id-dritt li tressaq ilment quddiem l-Ombudsman Ewropew.
- Billi tressaq ilment onlajn fis-sit web tal-Ombudsman Ewropew.
- Billi tibgħat formola mimlija bil-posta:
1 avenue du Président Robert Schuman
CS 30403
F-67001 Strasbourg Cedex
Jean-Pierre Villain, uffiċjal responsabbli għal Access42
Downloads
-
Déclaration d'accessibilité 2019
-
ACCESSIBILITY STATEMENT 2019