European Economic
and Social Committee
Sezzjonijiet u korpi oħrajn
Il-KESE għandu sitt sezzjonijiet li jispeċjalizzaw f’temi speċifiċi ta’ rilevanza għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, li jvarjaw mill-affarijiet ekonomiċi u soċjali sal-enerġija, l-ambjent, ir-relazzjonijiet esterni u s-suq intern. Il-membri jipparteċipaw f’sezzjoni waħda jew aktar skont il-qasam tal-għarfien speċjalizzat tagħhom u huwa hawnhekk li ssir ħafna mill-ħidma ta’ bażi dwar l-Opinjonijiet. Il-KESE għandu wkoll Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI), li tgħin lill-industrija tal-UE tantiċipa u tadatta ruħha għall-impatt tal-globalizzazzjoni.
Is-sezzjonijiet/kummissjonijiet tal-KESE huma:
- Unjoni Ekonomika u Monetarja u Koeżjoni Ekonomika u Soċjali – ECO
- Suq Uniku, Produzzjoni u Konsum – INT
- Trasport, Enerġija, Infrastruttura u Soċjetà tal-Informazzjoni – TEN
- Xogħol, Affarijiet Soċjali u Ċittadinanza – SOC
- Agrikoltura, Żvilupp Rurali u Ambjent – NAT
- Relazzjonijiet Esterni – REX
- Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali – CCMI
Il-KESE waqqaf ukoll tliet osservatorji speċjalizzati – dwar it-tranżizzjoni diġitali u s-suq uniku (DSMO, is-suq tax-xogħol (LMO) u dwar l-iżvilupp sostenibbli (SDO) – u anke l-Grupp Ad Hoc dwar is-Semestru Ewropew u l-Grupp Ad Hoc dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt.
Twaqqaf Grupp ta’ Kuntatt biex jinteraġixxi mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u n-networks Ewropej u biex jissorvelja inizjattivi konġunti.