European Economic
and Social Committee
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI)
Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (magħrufa bl-akronimu Franċiż tagħha tas-CCMI għal Commission consultative des mutations industrielles) tanalizza l-bidliet fl-industrijaf’firxa wiesgħa ta’ setturi, filwaqt li tibqa’aġġornata u tindirizzahom skont il-valuri tal-mudell ekonomiku u soċjali Ewropew.
Is-CCMI ħadet post il-kumitat konsultattiv tal-KEFA (Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar) meta dan skada fit-23 ta’ Lulju 2002. Hija stabbilita bħala entità distinta fi ħdan il-KESE u għandha mandat estiż għas-setturi kollha tal-industrija, kemm fil-manifattura kif ukoll fis-servizzi.
Is-CCMI hija magħmula minn membri tal-KESE u delegati esterni.
Dawn tal-aħħar jinħatru mill-KESE minn fost l-assoċjazzjonijiet settorjali li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili organizzata fil-livell Ewropew.
Il-President tas-CCMI huwa membru tal-KESE u l-kopresident huwa delegat.
Il-mandat tas-CCMI huwa li:
- tkompli tkopri dawk l-oqsma tal-industriji tal-faħam u tal-azzar u tal-ktajjen tal-produzzjoni u l-konsum tagħhom li fihom hija attiva l-UE;
- tkopri l-impatt tal-bidliet industrijali fuq setturi oħrajn industrijali u tas-servizzi u, b’mod aktar ġenerali, pereżempju, fuq l-impjieg, il-politika soċjali u strutturali, l-iżvilupp sostenibbli, it-tranżizzjoni tal-enerġija, eċċ.;
- aktar reċentement, tkopri l-bidla diġitali industrijali settorjali u l-impatt tagħha fuq is-setturi u soċjetà, pereżempju, fir-rigward tas-setturi tas-servizzi u dawk finanzjarji, is-settur tal-karozzi, is-settur tas-saħħa, u l-impatt tal-bidla industrijali diġitali fuq it-taħriġ għall-impjiegi, l-edukazzjoni, is-sħubijiet pubbliċi-privati, id-djalogi soċjali u ċivili, u t-tranżizzjoni ġenerali mill-Industrija 4.0 għas-Soċjetà 4.0.
Is-CCMI tista’ twassal il-fehmiet tagħha permezz ta’ Opinjonijiet obbligatorji skont it-termini tat-Trattat, Opinjonijiet fakultattivi u esploratorji fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif ukoll permezz ta’ Opinjonijiet fuq inizjattiva proprja, rapporti ta’ informazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ seduti u konferenzi.
Il-kummissjoni żżomm relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib mal-istituzzjonijiet u l-aġenziji l-oħrajn tal-UE u ma’ organizzazzjonijiet tal-firxa kollha tal-oqsma kkonċernati.
Downloads
-
The Consultative Commission on Industrial Change
-
CCMI Work Programme 2024
-
END_OF_MANDATE_REPORT_2020_2023
-
Sejħa għal patt blu tal-UE
-
Compilation - end-of-mandate reports