Istituzzjonijiet oħra

Żur l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE bbażati fi Brussell

Żur l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE bbażati fi Brussell: skopri kif jaħdmu, x’inhuma l-prijoritajiet prinċipali tagħhom u x’azzjonijiet konkreti jieħdu! 

Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew huwa l-qalba tad-demokrazija fl-Unjoni Ewropea, li jirrappreżenta aktar minn 500 miljun persuna. Skopri aktar dwar il-Parlament Ewropew billi żżuru b’xejn bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Żur l-Emiċiklu, esplora l- Parlamentarium (u l-Logħba tar-rwoli tiegħu) jew skopri Dar l-Istorja Ewropea biex issir taf kif jaħdem il-Parlament Ewropew u l-impatt tiegħu fuq l-Ewropa u lil hinn minnha.

Ara s-sit web iddedikat għaż-żjarat fil-Parlament Ewropew għal informazzjoni dwar id-daqsijiet tal-gruppi, il-ħinijiet tal-ftuħ, ir-rekwiżiti tar-riservazzjoni u r-restrizzjonijiet tal-età, jew sempliċement żur Station Europe fi Place du Luxembourg.

Kunsill Ewropew u Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Kunsill joffrilek l-esperjenza unika li żżur “Id-Dar tal-Istati Membri”. Hemmhekk, tista’ tittestja l-għarfien tiegħek dwar ir-rwol taż-żewġ istituzzjonijiet – il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea – b’mod dinamiku u interattiv. Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi jiftaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10.30 a.m. sal-4 p.m.

Ibbukkja ż-żjara tiegħek

Kummissjoni Ewropea

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Kummissjoni Ewropea jilqa’ gruppi ta’ viżitaturi (minimu ta’ 15-il persuna) għal preżentazzjonijiet u diskussjoni dwar ir-rwol tagħha bħala l-korp eżekuttiv politiku tal-Unjoni Ewropea. Iż-żjarat għandhom ikunu riservati tal-inqas 10 ġimgħat qabel, u jistgħu jitfasslu skont l-għarfien u l-interessi tal-grupp.

Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jorganizza żjarat ta’ informazzjoni għal gruppi ta’ viżitaturi (minimu ta’ 15-il persuna) dwar ir-rwol tar-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa fit-tfassil tal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Iż-żjarat għandhom jiġu bbukkjati tal-inqas 8 ġimgħat qabel.

Żur l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji l-oħra tal-UE fi Brussell u barra: il-Lussemburgu, Strasburgu, Frankfurt, eċċ.!